Friday, May 3, 2024

Manchester United jibdew azzjoni legali biex ikeċċu lil Cristiano Ronaldo

Aqra wkoll

Manchester United bdew il-proċess legali biex ikeċċu b’mod effettiv lil Cristiano Ronaldo billi jwaqqfu l-kuntratt ta’ £500,000 fil-ġimgħa li jammonta għal £16-il miljun sa Ġunju meta suppost kellu jintemmlu. 

L-avukati tal-United huma konxji li Ronaldo kiser it-termini tal-kuntratt tiegħu bl-allegazzjonijiet kontroversjali kontra l-Glazers, il-manager Erik ten Hag u sħabu.

L-intervista xxandret f’żewġ partijiet l-Erbgħa u l-Ħamis wara għadd kbir ta‘ siltiet ta’ filmati li dehru bejn il-Ħadd filgħaxija u l-Erbgħa filgħodu. 

Ir-Red Devils qalu aktar kmieni din il-ġimgħa li kienu qed jikkunsidraw li jikkanċellaw il-kuntratt tiegħu meta l-fatti kollha jkunu stabbiliti.

Fil-fatt il-club ħareġ stqarrija li kienet tgħid: “Il-ġimgħa filgħodu Manchester United taw bidu għal passi neċessarji bi tweġiba għall-intervista riċenti ta’ Cristiano Ronaldo fil-midja. Mhux se nkunu qed nagħtu aktar kumment sakemm dan il-proċess jasal għall-konklużjoni tiegħu.”

Madankollu, huwa mifhum li dan huwa relatat mal-bidu ta’ azzjoni legali biex tikkanċella l-kuntratt. 

Il-Glazers, il-kap eżekuttiv Richard Arnold, id-direttur tal-football John Murtough u l-coach Erik ten Hag iddikjaraw li Ronaldo ħaraq il-pontijiet tiegħu f’Old Trafford u ma kienx hemm triq lura għalih fil-club.

Huma rrifjutaw l-idea ta’ aktar azzjoni dixxiplinarja wara li Ronaldo tkeċċa u ġie mġiegħel jitħarreġ waħdu x-xahar li għadda talli telaq ‘il barra mill-ground qabel is-suffara finali fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Tottenham wara li rrifjuta li jidħol bħala sostitut.

Sport