Thursday, April 25, 2024

Manchester United ma jaqtgħux qalbhom għal Frenkie De Jong

Aqra wkoll

Manchester United għadhom ma qatgħux qalbhom fl-insegwiment tagħhom għall-midfielder internazzjonali Olandiż ta’ Barcelona, Frenkie De Jong.

Ir-Red Devils ilhom jiġru wara l-firma tiegħu minn Ġunju iżda huwa dejjem irrifjuta li jmur jilgħab f’Old Trafford hekk kif saħaq li jrid jibqa’ fin-Nou Camp.

Peró l-coach tal-United, Erik ten Hag, għadu qed jinsisti li jrid is-servizzi tiegħu minħabba li jrid jibni t-team madwaru.

Is-suq tat-trasferiment jagħlaqa fil-31 ta’ dan ix-xahar.

Sport