Wednesday, March 19, 2025

Mandat ta’ Inibizzjoni minn Birdlife Malta biex ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri qal li jinsab informat li lbieraħ ġie ppreżentat Mandat t’Inibizzjoni minn Birdlife Malta bil-għan illi l-Kumitat Ornis jiġi miżmum milli jikkunsidra, jiddiskuti, jiddeċiedi u jirrakkomanda dwar il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa għall-Gamiem.

Jidher illi l-Qorti diġà laqgħet din it-talba provvizorjament, kif wara kollox seħħ matul is-snin li għaddew. 

Ħabbar li l-Gvern se jkun qiegħed jirrispondi dan il-mandat – u għal darb’oħra – jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-raba mandat konsekuttiv.

“Bħas-soltu se nżommkom infurmati b’kull żvilupp u se nibqa’ nsemma’ lehinkom,” temm jgħid il-Ministru Clint Camilleri.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport