Saturday, December 21, 2024

“‘Manifest’ ta’ paġna li juri Partit Nazzjonalista maqtugħ mir-realtà”- Il-PL

Aqra wkoll

F’dagħdigħa ta’ paniku, ilbieraħ f’nofs dibattitu, il-Partit Nazzjonalista ħareġ taparsi manifest elettorali. Kif sar sinonimu mal-partit nazzjonalista, huwa programm elettorali ieħor maqtugħ mir-realta’, iżda fuq kollox juri l-mod dilettantesk li bih taħdem l-oppożizzjoni.

Oppożizzjoni li issa qed tikkonferma kemm hi nieqsa mill-ideat. Oppożizzjoni li tant stħat b’dan il-programm, li lanqas biss varatu b’mod uffiċjali permezz tal-Kap tagħha biex tagħti spjega ta’ dak li fih. Oppożizzjoni li m għanda ebda proposta iżda mhedija titkellem biss fuq in-negattivita’.

Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt konferenza tal-aħbarijiet indirirzzata mill-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard u l-kandidat għall-elezzjoniiet tal-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba fejn saħqu kif il-manifest ta’ paġna tal-Partit Nazzjonalista fuq oqsma li huma kruċjali għaċ-ċittadini Għawdxin u Maltin fl-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard sostniet li dan il-‘manifest’ “ma jsemmi xejn fuq is-salvagwardji tant meħtieġa f’setturi kruċjali bħal dak li għandu x’jaqsam mal-politika fiskali, it-tassazzjoni, in-newtralita u l-politika barranija. Salvagwardji li tawna assigurazzjonijiet tant importanti fl-aħħar snin biex stajna nipproteġu l-impjiegi. Biex stajna nagħtu s-sussidji biex inżommu il-prezzijiet tal-enerġija stabbli. Biex stajna inkomplu inżidu il-pensjonijiet. U biex konna fost l-aktar ekonomiji b’saħħithom fl-Unjoni Ewropea.”

Il-Kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba semma kif apparti li dan il-manifest huwa sieket dwar is-salvagwardji tant importanti għal pajjiżna, huwa wkoll nieqes mill-ideat. “Programm elettorali li huwa konferma ta’ oppożizzjoni xotta mill-ideat. X’differenza minn Partit Laburista li reġa’ resaq ‘il quddiem bi prijoritajiet ċari fl-interess ta’ pajjiżna. Prijoritajiet li nidejnihom bi kburija u li nitkellmu dwarhom kuljum. Għax dan hu l-partit tal-ideat. Dan hu l-partit ta’ Malta. Għalhekk is-saħħa lil Għawdxin. Is-Saħħa lill-Maltin.”

Ekonomija

Sport