Wednesday, April 24, 2024

Manuel Neuer mhux se jirtira

Aqra wkoll

Il-goalkeeper veteran, Manuel Neuer, qal li mhux beħsiebu jirtira mit-tim nazzjonali minkejja li għandu 36 sena.

Il-Ġermanja sfaw eliminati mit-tazza tad-dinja fil-Qatar minkejja li rebħu l-aħħar logħba kontra l-Kosta Rika 4-2. Huma kienu ferm diżappuntati wara din l-eliminazzjoini bil-pubbliku Ġermaniż li kkontesta bil-qawwi l-wirjiet tal-plejers.

Neuer saħaq li jekk il-kowċ Hansi Flick ikun iridu bil-qalb kollha jaċċetta s-sejħa tiegħu.

Neuer lagħab 117-il partita mat-tim nazzjonali Ġermaniż.

Sport