Wednesday, April 24, 2024

Wahbi Khazri jirtira mit-tim nazzjonali Tuneżin

Aqra wkoll

Il-plejer internazzjonali Tuneżin Wahbi Khazri rtira mit-tim nazzjonali wara l-eliminazzjoni tagħhom mit-tazza tad-dinja.

Khazri għandu 31 sena u laħaq lagħab 74 partita mat-Tuneżija bejn l-2013 u l-2022 fejn skorja 25 gowl.

Il-plejer ta’ Montpellier li kellu passat ukoll ma’ Bordeaux u Southampton qal li wasal iż-żmien li jagħti ċans lil ħaddieħor filwaqt li rringrazzja lill-kowċis kollha li mexxewh tul dawn id-disa’ snin.

Sport