Saturday, May 3, 2025

Mara bi ġrieħi gravi u żewġt irġiel bi ġrieħi ħfief wara inċident fix-Xagħra Għawdex

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xagħra, ix-Xagħra, Għawdex. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hyundai misjuqa minn raġel ta’ 74 sena residenti x-Xagħra u Nissan misjuqa minn Albaniż ta’ 33 sena. 

Fil-Hyundai kien hemm ukoll mara ta’ 73 sena residenti x-Xagħra. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tliet persuni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 

Iktar tard, l-irġiel ġew iċċertifikati bi ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport