Sunday, November 24, 2024

Mara li kienet passiġġiera fuq mutur ssofri ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Mara ta’ 47 sena residenti Birkirkara li kient passiġġiera fuq mutur qed issofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:00 a.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn raġel mir-Repubblika Ċeka ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar, u mutur Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Birkirkara. Fuq il-mutur kien hemm ukoll il-vittma.

Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Sport