Tuesday, May 21, 2024

Mara teħlisha ħafif wara li ċediet parti minn triq fil-limiti tar-Rabat

Aqra wkoll

Mara ħelsitha ħafif wara li għall-ħabta tas-1:10 p.m kienet involuta f’inċident fi Triq San Pawl tal-Qliegħa (Binġemma) fil-limiti tar-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq karozza tal-għamla Opel Astra meta ċediet parti mit-triq.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza u l-mara ngħatat assistenza fuq il-post minħabba xokk li sofriet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport