Thursday, December 26, 2024

Mara tinqatel wara li daħlet tispara fi knisja f’Texas

Aqra wkoll

Fl-Istati Uniti, il-Pulizija qatlu mara li daħlet tispara fi Knisja ppakkjata f’Texas.

Il-mara, li ġiet identifikata bħala Genesse Ivonne Moreno ta’ 36 sena, kellha magħha lil binha ta’ seba’ snin fil-ħin li seħħet li sparatura. 

Sadanittant, raġel ta’ 57 sena sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat f’ġenbejh f’dan l-inċident u ttieħed l-isptar għall-kura iżda aktar tard ġie rilaxxat. It-tifel tal-mara ntlqat b’tir f’rasu u bħalissa qed jissielet għal ħajtu fl-isptar.

Għalkemm il-mottiv wara dan l-attakk għadu mhux ċar, l-investigaturi qalu li l-mara kellha miktuba l-kelma “Palestina” fuq in-naħa ta’ wara tal-arma tan-nar li kellha fil-pussess tagħha u anke kitbiet oħrajn antisemitiċi.

F’konferenza tal-aħbarijiet, l-uffiċjali qalu li l-mara kellha bosta kwistjonijiet ta’ saħħa mentali u tpoġġiet taħt ordni ta’ detenzjoni ta’ emerġenza fl-2016. Jidher ukoll li Moreno għandha sensiela ta’ arresti u kundanni fuq akkużi ta’ aggressjoni, droga u anke armi. 

Ekonomija

Sport