Tuesday, April 23, 2024

Mara toħroġ minn koma u tingħata l-aħbar li kellha tarbija ta’ erba’ ġimgħat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara tqila li sfat infettata bil-Covid-19 kellha titgħallem timxi, titkellem u tiekol mill-ġdid wara perjodu f’koma. 

Erem Ali ta’ 29 sena kienet waslet fil-31 ġimgħa tat-tqala meta daħlet fl-Isptar Surrey County f’Guilford minħabba li bdiet tbati biex tieħu n-nifs.

Il-mara marret minn jheddha l-isptar minħabba li ma bdietx tħoss it-tarbija tiċċaqlaq fil-ġuf u bdiet tibża’ minn kumplikazzjonijiet f’każ li kienet infettata bil-virus.

Wara ġimgħa ta’ osservazzjoni, it-tobba għażlu li jpoġġuha fuq il-magni tan-nifs artifiċjali minħabba li l-kundizzjoni tagħha kienet ggravat. Minn hemm ittieħdet id-deċiżjoni li joperawha b’ċesarja fl-aħjar interess tat-tarbija.

Hija spiċċat f’koma u saħansitra ġiet trasferita fl-Isptar St Thomas f’Westimnster f’Londra.

“Ma niftakar xejn dwar il-mument tal-ħlas. Niftakar biss li qomt tliet ġimgħat u nofs wara u li qaluli li kelli tarbija. Għalkemm iddispjaċuta li tlift l-ewwel parti ta’ ħajtu, kont determinata li nirkupra għalih u għaż-żewġt uliedi l-oħra li kienu jistennewni fuq ix-xwiek”, qalet Erem.

Sport