Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tat-08:00 a.m., weġġgħet f’inċident fi Triq Santa Katerina, Ħal Għargħur.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara ta’ 58 sena residenti Ħal Għargħur, kienet intlaqtet minn rota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Iż-żewġ persuni ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm il-mara setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq tar-rota ma weġġax.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.