Sunday, December 22, 2024

Marad bil-leukemia ta’ ħames snin…tfajjel ta’ 8 snin fl-Amerka issa ħieles mill-kanċer

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tfajjel ta’ tmien snin minn Cicero, fl-Amerka, se jkollu ħafna x’jiċċelebra dan l-istaġun ta’ vaganzi hekk kif ingħata l-aħbar tant mistennija li huwa ħieles mill-kanċer. Bosta kienu dawk li ddeskrivew dan kollu bħala “miraklu vera tal-Milied”.

Kollox beda tliet snin ilu meta Jencarl Ponton, student ġewwa l-Iskola Abraham Lincoln f’Cicero, ġie dijanjostikat bil-leukemia. Minn hemm huwa kellu jqatta’ ħafna ħin l-isptar għall-kura fejn kien qed jirċievi l-kimoterapija. Missieru spjega li matul dawn it-tliet snin kellu jieħu xi mediċina li ma kinitx faċli għal ibnu fl-età tenera tiegħu. Għal oħtu Ashley, huwa tassew bniedem ta’ ispirazzjoni kbira u eroj.

Kienu tliet snin diffiċli ħafna għal Jencarl, iżda żgur li dak li seħħ ftit tal-jiem ilu nissillu tbissima.

Għall-aħbar meraviljuża li huwa issa ħieles mill-kanċer, bl-għajnuna tal-pulizija u dipartimenti oħra, ftit tal-jiem ilu l-komunità u sħabu ħejjew bħal donnu parata hekk kif ilkoll ħarġu jiċċeleraw bil-bżieżaq u diversi kartelluni. L-istudenti libsu l-kulur isfar li huwa l-kulur internazzjonali li jissimbolizza l-kanċer fit-tfal. 

L-assistent prinċipal tal-Iskola, Kristina Moreno, innotat kif Jencarl għadda minn ħafna u kin hemm ġranet fejn kienu ferm diffiċli għalih li jmur l-iskola filwaqt li kien hemm ġranet fejn kien imur l-iskola imma kien ikun diffiċli għalih li jibqa’.

Oħtu l-kbira qalet li minkejja d-diffikultà waqt il-kura tiegħu, huwa rari kien jitlef l-iskola u dejjem kellu tbissima fuq wiċċu.

Ekonomija

Sport