Saturday, December 21, 2024

Marbut b’wajer u misruq ftit wara li kien involut f’atti sesswali

… mhedded li jekk ma jagħtix flus jikxfuh mal-qraba u kollegi

Aqra wkoll

Storja ta’ theddid li jidher li kienet ilha għaddejja u li magħhom kien hemm marbutin allegati atti sesswali, spiċċat għand il-Puizija wara li l-vittma mar jirrapporta allegat theddid, serq  u rikatt. Il-Pulizija bdew jinvestigaw fejn jidher li fost l-allegazzjonijiet kien hemm li l-vittma kellu jħallas €150 fix-xahar bit-theddida li jekk dan ma jsirx allegatament jikxfuh ma’ qrabatu li kien qed ikollu attività sesswai ma’ raġel. Il-Pulizija wara investigazzjoni ta’ diversi jiem intraċċat lill-persuni involuti u dawn tressqu l-Qorti fl-aħħar sigħat. 

Jidher li l-vittma kien allegatament misruq fir-residenza f’Santa Venera wara li ltaqgħu biex flimkien ikunu involuti f’attivitajiet sesswali bil-kunsens taż-żewġ partijiet. Hu allegat li l-vittma intrabat b’wajer u nsterqitlu l-ġakketta li kellha ġo fiha mobile u flus kontanti. Dan wara li kienu involuti f’attività sesswali oħra xi żmien qabel. Hu kien  allegatament mhedded li jekk ma jagħtix flus kienu se jinfuraw lill-qraba tiegħu u lil dawk li jaħdmu miegħu fuq ix-xogħol bl-attivitajiet sesswali li kien involut fihom.

Allegatament l-aggressuri kienu jitolbu €150 kull l-aħħar tax-xahar lill-vittma meta kienet tidħollu l-paga.  Il-persuni mtella’ l-Qorti wieġbu mhux ħatja tal-akkużi.

Ekonomija

Sport