Tuesday, May 14, 2024

Marċ kontra l-abort minn quddiem Kastilja għada

Aqra wkoll

Life Network Foundation se tkun qiegħda torganizza marċ biex twaqqaf l-abort milli jidħol f’Malta għada l-Ħadd. Il-marċ se jkun qiegħed jitlaqqa quddiem Kastilja fit-3:00 p.m. 

Dan il-marċ se jkun qiegħed isegwi ġranet ta’ kontroversja sħiħa qawwija wara li t-Tnejn li għadda bdiet tiġi diskussa l-emenda li tipproteġi lill-omm u lit-tobba f’każijiet ta’ kumplikazzjonijiet serji waqt it-tqala fil-bini tal-parlament.

Il-Prim Ministru ilu jtenni sa minn qabel tressqet l-emenda fil-Parlament isostni li din l-emenda mhux se tkun qiegħda tbiddel kodiċi kriminali li jagħmlu l-abort illegali f’pajjiżna.

Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed isostni li l-Prim Ministru qiegħed iressaq din l-emenda biex iwitti t-triq għall-introduzzjoni tal-abort.

Sport