Tuesday, December 24, 2024

Mark Mallia se jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identity Malta

Aqra wkoll

L-Aġenzija Identity Malta ħabbret li Mark Mallia se jkun qed jinħatar bħala l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Aġenzija Identity Malta.

Huwa se jkun qed jieħu post l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv uxxenti, s-Sur Anton Sevasta.

Fi stqarrija, l-Aġenzija qalet li Mallia għandu esperjenza vasta f’pożizzjonijiet maniġerjali differenti, inkluż fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn serva wkoll bħala Deputat Kmandant. Hu gradwat fl-istudji tal-Management, b’Masters mill-Università ta’ Malta.

Fl-aħħar nett l-Aġenzija rringrazzjat lil Anton Sevasta tax-xogħol li wettaq fi ħdan l-istess aġenzija.

Ekonomija

Sport