Tuesday, April 23, 2024

“Il-ħabs ħieles mid-droga”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Ministru Byron Camilleri jgħarraf li qegħdin isiru testijiet ta’ spiss u li kull każ pożittiv jittieħed b’serjetà

Il-kriżi li kien hemm ta’ persuni li jabbużaw u anke jmexxu d-droga fil-ħabs tidher li għal dawn l-aħħar snin ġiet indirizzata bis-sħiħ fejn minn infomazzjoni li ħarġet f’mistoqsija parlamentari, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byorn Camilleri ħabbar li għal dawn l-aħħar snin f’Malta kellna ħabs ħieles mid-droga.

F’mistoqsija mill-Onor. Beppe Fenech Adami, il-Ministru Camilleri ntalab statistika ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ testijiet pożittivi ta’ droga fuq persuni detenuti fil-Ħabs ta’ Kordin minn Settembru sal-aħħar tas-sena 2021.

Il-Ministru Camilleri min-naħa tiegħu rrisponda li, “għall-kuntrarju ta’ amministrazzjoni preċedenti, id-droga m’hiex tollerata jew imħeġġa ġewwa l-ħabs, tant li jsiru testijiet frekwenti u kull każ ta’ persuna pożittiva jittieħed bis-serjetà”.

Huwa qal li dan jgħin biex għal dawn l-aħħar snin kellna ħabs ħieles mid-droga. Fl-informazzjoni li ta jingħad li f’sena sħiħa tul l-2021 saru 3,347 test li minnhom 15-il persuna biss instabu pożittivi b’ħamsa minnhom li nstabu bejn Settembru u Diċembru.

Dan ifisser li 0.45% biss tat-testijiet kollha li saru tul is-sena 2021 instab persuna pożittiva għad-droga. 

Il-Ministru Byorn Camilleri temm billi assigura li, “wara li persuna tinstab pożittiva għal xi sustanza, isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa mill-awtoritajiet biex ikunu stabbiliti l-fatti u jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn”.

Sport