Sunday, November 24, 2024

Marsaxlokk jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Marsaxlokk ….…..2

Gudja Utd ……….1

Marsaxxlokk ikkonvinċew bis-sħiħ biex għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 2-1 biex irritornaw għar-rebħ wara nuqqas ta’ erba’ partiti.

B’din ir-rebħa, ix-Xlukkajri saħħew ir-raba’ post tal- klassifika biex żammew it-tamiet tagħhom ħaj­­jin li jistgħu jisfidaw għal post fil-kompetizzjo­ni tal-UEFA Conference League.

Min-naħa l-oħra, din it-telfa hija turija li d-destin ta’ Gudja huwa miktub fuq il-ħajt hekk kif issa hija possibiltá kbira li staġun ieħor jilagħbu fiċ-Challenge League meta jinsabu fl-aħħar post u 10 punti ‘l bogħod mis-salvazzjoni.

Kien biss fis-16-il minuta li Marsaxlokk ħolqu l-ew­wel periklu permezz ta’ free-kick insidjuż li ntemm għoli.

Gudja wieġbu fit-22 mi­nuta meta xutt angolat fil-baxx ta’ Yuri De Jesus Messias falla l-mira.

Tliet minuti biss wa­ra, Marsaxlokk, fetħu l- iskor b’xutt ta’ NIKOLAI MUSCAT li ma ħafirx.

Fil-55 minuta, Marsa­xlokk reġgħu ħolqu l-periklu meta De Jesus Messias indirizza l-ballun lejn Ne­vin Portelli iżda dan ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun hekk kif il-pass kien kemmxejn twil.

Marsaxlokk komplew jiddominaw u, fit-63 minuta, irduppjaw  meta wara li rċieva minn cross ta’ Ryan Scicluna, WEDER SOARES DA SILVA, permezz ta’ daq­qa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

Huma komplew jippressaw u minuta biss wara Nevin Portelli avvanza fil-kaxxa iżda kellu x-xutt fil-baxx salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Gudja, James Pisani, li f’din il-partita kien qed jerġa’ jieħu post il-goalkeeper titolari, Justin Spiteri, li għadu qed jirkupra minn injury.

Il-Gudjani wieġbu, fit-73 minuta, meta Matias Muchardi ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper Marko Drobnjak.

Eżatt mad-90 minuta, Gudja United naqqsu l- marġni tal-iskor permezz ta’ xutt mill-viċin  tas-sostitut, LUCA GATT, wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Aidan Jake Friggieri.

Peró ma kienx fadal ħin biex huma setgħu jsalvaw ir-riżultat.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Soares da Silva (8-Jake Ghio 83), 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 7-Nevin Portelli, 10-Yuri De Jesus Messias, 17-Jacob Walker (9-Fabricio Brener 61), 27-Leandro Aguirre (11-Duane Bonnici 70), 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna (26-Sami El Anabi 83), 99-Anthony Obonogwu (94-Jose Junior 61) – Coach: Win­ston  Muscat

GUDJA U.: 26-James Pisani, 5-Armando Brenner, 9-Ibrahim Silas (27-Saviour Nwafor 46), 11-Matias Muchardi, 17-Aldair Quintero (10-Gianluca Lorenzoni 81), 22-Euseiuo Mendes, 24-Walter Omar Serrano (12-Luca Gatt 65), 39-Zak Grech (23-Neil Tabone 63), 88-Mirko Esposito, 92-Jospeh Godwin Ime, 99-Gianluca Zammit (77-Aidan Jake Friggieri 63)   – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Fyodor Zammit

SKORERS: N. Muscat, W. Soares da Silva 63 (M), L. Gatt 90 (GU)

AMMONITI: R. Scicluna (M), A. J. Friggieri (GU)

Sport