Monday, May 25, 2026

Marthese Cossai u Melvin Galea jirbħu l-MBA Gold Cup fil-bowling

Aqra wkoll

Il-Gold Cup tal-MBA, għal bowlers irġiel taħt il-medja ta’ 180 u bowlers nisa taħt il-175, hija dejjem ikkontestata ħafna u din is-sena ma kinitx eċċezzjoni. It-8 kwalifikanti rġiel raw lil  Edward Xuerab fl-ewwel post, segwit mill-qrib minn Melvin Galea, Aaron Belli, Daniel Grech, Daniel Ricciari, Kyle Camilleri, Nicholas Falzon u Luke Mercieca.

Melvin ħa l-vantaġġ wara l-ewwel logħba, b’ rebħa  kontra Edward, u baqa’ fil-vantaġġ sar-4 logħba . Fil- ħames logħba , Edward reġa’ għadda lil Melvin ,  iżda  Melvin jerġa’ qabżu wara s-sitt logħba u baqa’ fuq quddiem, 29 pin biss fuq Edward .

Aaron Belli żamm it-tielet post. Nicholas Falzon, li kien beda mis-seba’ post, irnexxielu jirbaħ 5 u jġib draw f’waħda mis-seba’ laqgħat diretti iżda rnexxielu biss jitla’ fil-ħames post minħabba d-distakk inizjali.

Fl-aqwa 6 nisa, Marthese Cossai kkwalifikat fl-ewwel post, b’Jade Barbara qribha fit-tieni post.

Cossai, wara li tilfet il-vantaġġ tagħha immedjatament, irnexxielha terġa’ tiksbu b’4 rebħiet minn 5 biex għelbet liż- żagħżugħa Jade Barbara b’34 pin, filwaqt li żagħżugħa oħra Charlize Bartolo kienet biss 12-il pin warajha fit-tielet post. Liliana Spiteri ġiet fir-raba’ post, quddiem Sandra Xuereb u Celianne Micallef.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport