Saturday, May 4, 2024

Mas-700,000 turist waslu Malta fl-ewwel erba’ xhur tas-sena

Aqra wkoll

Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena waslu f’pajjiżna 709,860 turist, filwaqt li t-total ta’ ljieli li dawn qattgħu fil-gżejjer Maltin kienu jammontaw għal 4.5 miljun. Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Mill-istess statistika jirriżulta li f’April li għadda ġew Malta 266,798 turist, li bejniethom dawn qattgħu 1,615,564 lejl f’pajjiżna. F’dan ix-xahar, 243,224 turist ġew Malta fuq btala mentri 10,866 oħra ġew għal skopijiet ta’ negozju.

L-akbar għadd ta’ turisti li ġew Malta kellhom bejn il-25 u l-44 sena. In-nefqa totali tat-turisti f’April li għadda kienet stmata li qabżet il-€200.1 miljun, żieda ta’ 44.9 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Sport