Sunday, May 5, 2024

Masten Wanjala maqtul minn grupp ta’ ġirien

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Grupp ta’ persuni fil-Punent tal-Kenya sabu u qatlu qattiel li ħarab mill-kustodja tal-pulizija jumejn ilu. Masten Wanjala, li huwa stess ammetta li qatel aktar minn 10 subien tul perjodu ta’ ħames snin, instab f’dar ġo villaġġ f’Bungoma u nqatel fuq il-post bis-swat.

L-awtoritajiet kienu f’operazzjoni massiva biex isibu lil dan il-fuġġitiv perikoluż li ddikjara wkoll li lill-vittmi tiegħu kien jagħtihom id-droga u f’xi każijiet anke kien jixrob id-demm tagħhom.

Huwa rrapportat li meta ħarab Wanjala mar lura fir-residenza tal-ġenituri tiegħu iżda dawn ċaħduh u sussegwentement, skont xhieda, għalquh il-ġirien li saru jafu li kien fil-post.

Il-kmandant tal-pulizija ta’ Bungoma qal lill-ġurnal “Kenya’s Standard” li l-qattiel ipprova jqarraq bir-residenti tal-inħawi billi nħeba f’dar fil-viċin. Jingħad li kienu membri tal-familja tiegħu stess li identifikawh.  

Sport