Wednesday, March 27, 2024

Matul l-2021 kien hemm 12-il ġukatur li qatgħu l-ħames numri tas-Super 5

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Maltco Lotteries qassmet total ta’ €2,910,000 f’rebħ lil dawn ir-rebbieħa tal-jackpot

L-Erbgħa li għadda, tliet ġukaturi fortunati rnexxielhom jiċċombaw il-ħames numri tas-Super 5 u ħadu €503,333.34 kull wieħed. Il-biljetti rebbieħa nxtraw minn San Ġiljan, il-Marsa u l-Imsida. Dan is-sit tkellem mal-kumpanija Maltco Lotteries dwar dan il-premju tant imfittex mill-ġukaturi matul is-sena kollha.

Maltco Lotteries ikkonfermaw ma’ Talk.mt li qabel it-tlugħ tal-Erbgħa li għadda, dak bin-numru 874 li sar fis-26 ta’ Mejju ta’ din is-sena kien l-aħħar darba li l-ġukaturi rnexxielhom jaqtgħu l-ħames numri u jerbħu l-premju tas-Super 5. B’kollox matul din is-sena, kien hemm 12-il rebbieħ li qatgħu l-ħames numri u rebħu s-Super 5 jackpot. Dan seħħ f’sitt okkazjonijiet differenti, fejn erba’ rebbieħa rebħu il-jackpot fi Frar, żewġ rebbieħa oħra rebħu f’April segwiti minn tliet rebbieħa f’Mejju, bl-aħħar rebħ iseħħ fit-tlugħ ta’ nhar l-Erbgħa li għadda, bi tliet rebbieħa jaqtgħu l-ħames numri. Maltco Lotteries qassmet total ta’ €2,910,000 f’rebħ lil dawn ir-rebbieħa tal-jackpot tas-Super 5.

Staqsejna wkoll dwar il-fatt li l-premju ma ntrebaħx għal numru ta’ ġimgħat u l-premju qabeż il-miljun ewro. Dan wassal għal tħassib u dubju rigward il-‘fair play’ tal-lotterija u kien hemm kummenti oħra tal-istess ġukaturi li qalu li l-premju tal-ħames numri kien se jitħalla għall-Milied. Mitluba tikkummenta, il-kumpanija spjegat li meta tanalizza l-istatistika ta’ tlugħ li saru fil-passat, li huma disponibbli fuq l-online portal tagħhom, il-jackpots matul dan lis-staġun huma ġeneralment simili għal xhur oħra matul is-sena. Matul is-snin li għaddew kien hemm ftit okkażjonijiet meta l-jackpot kien fl-istess livell matul il-perjodu tal-festi. Barra minn hekk, statistikament, is-Super 5 Jackpot jintrebaħ bejn wieħed u ieħor minn 5 sa 8 darbiet kull sena. Din is-sena ma kienet xejn differenti mis-snin tal-passat għar-raġuni li l-jackpot intrebaħ 6 darbiet. 

Ma stajniex ma nistaqsux rigward iż-żieda fil-bejgħ tal-biljetti tal-lotterija minħabba li l-premju qabel il-miljun ewro. Hawnhekk il-kumpanija Maltco Lotteries ikkonfermat magħna li fin-natura tal-lotteriji, il-bejgħ tal-istess lotteriji jiżdied hekk kif il-jackpot jiżdied. Dan huwa fenomenu komuni li huwa wkoll esperjenzat madwar id-dinja kollha. Għalhekk, hekk kif il-jackpot jiżdied, iktar ġukaturi jitħajru sabiex jipparteċipaw fil-logħba. Barra minn hekk, huwa fatt li t-tlugħ tal-lotteriji li jsiru matul il-festi, inkluż dawk fil-perjodu tal-Milied u l-Għid, għandhom it-tendenza li jħajru lill-ġukaturi każwali biex jittantaw xortihom b’mod responsabbli. Konsegwatament, hekk kif aktar biljetti jintlagħbu, tiżdied il-probabbiltà li xi ħadd jaqta’ il-ħames numri.

Ekonomija

Sport