Monday, April 22, 2024

“In-nisa m’għandhomx ikunu sfurzati jiżżewġu daqslikieku kienu xi proprjetà” – It-Talibani

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-gvern Afgan ħareġ digriet dwar id-drittijiet tan-nisa u fih hemm li n-nisa m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala “proprjetà” u għandhom id-dritt li jagħtu l-kunsens tagħhom dwar iż-żwieġ. Id-digriet jgħid li l-ebda mara m’għandha tkun sfurzata li tiżżewweġ u dawk romol ikollhom aċċess totali tal-proprjetà tar-raġel tagħhom. Minkejja dan, id-digriet naqas milli jsemmi l-aċċess tan-nisa għall-edukazzjoni u x-xogħol barra mid-dar. 

It-Taliban jinsab taħt pressjoni mill-komunità internazzjonali u dan biex ikun żgurat li n-nisa jingħataw id-drittijiet tagħhom. Fit-tmex­xija preċedenti tat-Taliban bejn l-1996 u l-2001, in-nisa ma kinux permessi li joħorġu mid-dar jekk ma jkunx akkumpanjati mir-raġel tagħhom u apparti hekk dawn ried ikollhom wiċċhom mgħotti totalment. It-tfajliet ma kinux permessi li jirċievu edukazzjoni.

It-Taliban, li reġa’ ħa l-poter tal-Afganistan fil-15 ta’ Awwissu, qal li nbidel u għalhekk numru ta’ skejjel kienu permessi li jibqgħu miftuħin. Minkejja dan, fost il-komunità internazzjonali għad jeżisti ċertu xettiċiżmu dwar l-intenzjonijiet vera tat-Taliban. 

Sport