Wednesday, April 24, 2024

Tonqos ir-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar fl-2020

Aqra wkoll

Skont l-EU-SILC, li jagħti ħarsa lejn id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, fl-2020, ir-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqset bi kważi 1% fuq is-sena ta’ qabel, minn 20.8% għal 19.9%.

Dawk ikkunsidrati li jaqgħu f’din il-kategorija huma jew f’riskju tal-faqar, jew imċaħħda severament u soċjalment jew jgħixu fi djar b’intensità ta’ xogħol baxxa ħafna. Dawn kienu jammontaw għal 100,712.

Il-limitu f’dak li jirrigwardja r-riskju tal-faqar hu stabbilit għal 60% tad-dħul medju nazzjonali li l-proporzjon tiegħu, fl-2020 kien ikkalkulat għal €9,744. F’din is-sena, 16.9% ta’ dawk li jgħixu fi djar privati kienu stmati li huma f’riskju ta’ faqar, ekwivalenti għal madwar 85,369 persuna. L-akbar sehem ken irreġistrat fost l-anzjani li għandhom ‘il fuq 65 sena (26.3%).

L-istatistika turi wkoll kif matul is-sena li għaddiet, dawk meqjusa li huma mċaħħda severament u soċjalment kienu jammontaw għal 25,644 persuna, ekwivalenti għal 5.1% tal-popolazzjoni li jgħixu fi djar privati.

Sport