Wednesday, April 24, 2024

Max Versatppen jirbaħ il-GP tal-Ungerija … minkejja li jibda mill-10 post

Aqra wkoll

Max Verstappen fuq Red Bull rebaħ il-Grand Prix tal-Ungerija u dan meta beda mill-10 post tal-gradwatorja u kkonsolida l-ewwel post fil-kampjonat dinji tal-Formula Wieħed.

Iċ-champion tad-dinja tar-Red Bull irreġistra t-tmien rebħa tal-istaġun u t-28 waħda fil-karriera tiegħu meta temm  qabel il-koppja tal-Mercedes, Lewis Hamilton u George Russell, li kien beda t-tiġrija mill-pole position.

Charles Leclerc kellu jikkuntenta biss bis-sitt post wara żball strateġiku hekk kif tilef ħin prezzjuż fil-pit-lane meta wettaq tliet pit-stops, b’Verstappen ikabbar il-vantaġġ tiegħu fuq is-sewwieq tal-Ferrari fil-klassifika għal xejn inqas minn 80 punt qabel il-waqfa tas-sajf.

U dan meta għad fadal disa’ tiġrijiet għal tmiem l-istaġun fejn b’hekk jidher ċar li Verstappen se jkun favorit assolut li jerġa’ jirbaħ il-Kampjonat Mondjali għat-tieni sena konsekuttiva.

Sport