Tuesday, April 23, 2024

Sewwieqa ta’ mutur tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Sewwieqa ta’ mutur iddaħħlet l-isptar wara li għall-ħabta tas-02:15 p.m. seħħ inċident tat-traffiku fil-fil-Ponta ta’ Tignè, Tas-Sliema

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ungeriża ta’ 31 sena residenti San Ġiljan, tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Yamaha u waqgħet.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieqa tal-mutur sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport