Bħal-lum 30 ta’ Ġunju tas-sena 1892, seħħ l-istrajk ta’ Homestead fl-Istati Uniti. Dakinhar Andrew Carnegie ħa passi biex ikisser il-poter tal-ħaddiema tal-azzar organizzati fl-Assoċjazzjoni tal-Ħaddiema tal-Ħadid u l-Azzar.
Il-ħaddiema li kienu wettqu l-istrajk fil-bidu għelbu attakk vjolenti minn ‘detectives’ armati bl-użu ta’ armi żgħar, dinamiti u anke kanun, u ġiegħluhom iċedu. Madankollu, imbagħad waslu aktar minn 6,000 suldat. Il-ħaddiema tal-azzar żammew sod għal xejn inqas minn erba’ xhur. Komplew jiddefendu lilhom infushom minn attakki vjolenti mill-milizzja tal-Istat, iżda eventwalment ġew megħluba.

