“Mhux ironiku kif ilkoll nitkellmu kontra l-Bullying iżda hawn tant nies li jinħbew wara skrin biex iwaqqgħu lil ħaddieħor? Nippubblikaw dwar il-ġentilezza, iżda f’diversi kummenti niddeċiedu li nattakkaw”.
Dan kien il-messaġġ li wasslu Ryan u Josmar, li bħalissa t-tnejn li huma qed jippreżentaw Big Brother Malta. Fl-istess messaġġ li tellgħu fuq Facebook, huma spjegaw li filwaqt li l-midja soċjali tatna leħen, din ma għandniex nużawha biex neqirdu lil ħaddieħor.
Qalu ukoll; “Il-kliem jistggħu jkunu b’saħħithom, kemm jekk mitkellem, kif ukoll dak ittajpjat. Kumment wieħed jista’ jagħmel jew ikisser il-ġurnata ta’ xi ħadd, u f’xi każijiet, il-ħajja kollha tiegħu. Ejja mhux biss nippritkaw il-qalb tajba; ejja nipprattikawha”.
Tennew li d-dinja m’għandhiex bżonn aktar nies li jikkritikaw, iżda poplu li jkun ġentili ma’kulħadd u li jekk verament kull wieħed u waħda minnha kontra l-bullying, rridu nkunu umani ġentili.