Wednesday, April 17, 2024

Mhux soluzzjoni li titfa’ barmil ilma fuq min iħalli mużika b’volum għoli billejl

- Is-Sindku tal-Belt Valletta

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat reġgħet il-Viċi Sindku tal-Belt Valletta – Ray Azzopardi, ikkument fuq post li tella’ minħabba mużika għolja li qed tindaqq matul il-lejl fil-belt. Il-Viċi Sindku kkummenta billi qal “ma kellekx barmil ilma fil-viċin?”

Il-Viċi Sindku ried jagħti x’jifhem li min qed idejjaq il-mużika għolja fil-Belt Valletta messu jaqbad barmil ilma u jitfgħu fuq in-nies.

Iżda mill-ewwel ikkummenta s-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit fejn qal li “b’kull rispett lejn il-kollega Viċi Sindku din mhux is-soluzzjoni…” Hu kompla jgħid li s-soluzzjoni hi li jsir l-infurzar.

“Għaliex bejn il-11pm u 1.00am mhux qed niżguraw li l-mużika tkun ta’ livell li ma dejjaqx in-nies? Għaliex ċertu bars qed jibqgħu miftuħa wara s-2.00am bil-mużika wkoll meta l-liġi titkellem ċar?” staqsa s-Sindku.

Zammit kompla jgħid li jekk il-liġi tiġi nfurzata jieqaf l-abbuż. Hu sostna li llum stess talab lill-pulizija biex jinvestigaw l-allegat każ se seħħ fi Strada Merkanti fil-Belt.

“Min mhux se jimxi mal-liġi u mhux se jsib bilanċ favur ir-residenti postu mhux fil-Belt tagħna!” temm jgħid is-Sindku tal-Belt Valletta.

Ekonomija

Sport