F’sentenza li nħarġet dalgħodu mill-Maġistrat Franco Agius ġie deċiż li l-fatt li Miroslava Milenovic mhijiex forensic accountant, iżda l-Maġistrat Gabriella Vella kienet ħatritha bħala tali, ifisser li s-Serba nnifisha ma kisret l-ebda liġi f’pajjiżna.
Il-kawża kienet infetħet mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat bil-qorti tgħid li Milenovic ma kellhiex rwol fil-fatt li l-Maġistrata responsabbli mill-inkjesta tal-isptarijiet kienet ħatritha bħala forensic accountant.
Matul il-proċeduri fil-każ kien irriżulta b’mod ċar li Milenovic irreferiet għaliha nnifisha bħala forensic accountant kemm fir-rapporti tagħha kif ukoll fix-xhieda tagħha. Dan anke jekk ġie vverifikat li lanqas kellha kwalifiki biex tkun accountant, wisq inqas forensic accountant.
Fl-istess proċeduri xehed, fost l-oħrajn, iċ-Chairman tal-Accountancy Board li qal li Milenovic m’għandhiex il-kwalifiċi meħtieġa biex taħdem f’pajjiżna fil-professjoni.
Min-naħa l-oħra, il-Qorti qalet li l-Pulizija ma kellhiex raġun tgħid li l-każ hu preskritt.

