Żewġ anzjani kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tal-10.35pm kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li s-sewwieqa, mara ta’ 65 sena residenti San Pawl il-Baħar għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura u nqalbet. Magħha kien hemm anzjan ta’ 75 sena residenti l-Mellieħa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lill-anzjani u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija jinsabu fuq il-post u t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Il-kundizzjoni tal-persuni li ddaħlu l-isptar s’issa għadha mhix magħrufa.

