L-Isptar St James iwettaq l-ewwel isterektomija b’teknika inqas invażiva f’Malta

Aqra wkoll

L-Isptar St James wettaq l-ewwel operazzjoni ta’ isterektomija b’teknika inqas invażiva fis-settur privat tas-saħħa f’Malta.

L-operazzjoni saret permezz ta’ teknika magħrufa bħala vNOTES, li biha l-kirurgi jistgħu jneħħu l-utru mingħajr ma jiftħu ż-żaqq tal-pazjenta.

It-tim kirurġiku ta’ sitt persuni kien immexxi mill-konsulent fil-ġinekoloġija, Dr Johann Craus.

Skont Dr Craus, il-proċedura tista’ tfisser inqas uġigħ wara l-operazzjoni, żmien iqsar fl-isptar u rkupru aktar mgħaġġel.

It-teknika tista’ tintuża wkoll f’ċerti operazzjonijiet oħra. Madankollu, mhix adattata għal kulħadd u l-pazjenti l-ewwel jridu jgħaddu minn valutazzjoni medika.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Saint James Hospitals, Jean Claude Muscat, qal li l-introduzzjoni ta’ din it-tekinika hija pass ieħor lejn kura kirurġika aktar avvanzata

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport