Is-Sajf diġà beda jħalli l-effetti tiegħu fuq il-gżejjer Maltin, iżda mill-ġimgħa d-dieħla t-temperatura se tkompli togħla hekk kif mistennija tmiss it-30°C.
Dan qalu Gordon Grech li jmexxi s-sit Aġġornament tat-Temp fejn wissa’ biex kulħadd ikun ippreparat għal dak li hemm jistenniena l-ġimgħa d-dieħla.
Għada l-Ġimgħa t-temp mistenni jkun xemxi b’riħ varju.
Imbgħad is-Sibt it-temp se jkun ftit imsaħħab li jisaħħab ħafna kultant b’riħ mix-Xlokk Forza 3 għal 4 li jitwaqqa sa tard filgħaxija.
Il-Ħadd ikun ftit imsaħħab b’riħ Forza 5 mix-Xlokk il-Lvant.