Mill-inqas 15-il persuna mietu u mat-78 oħra ndarbu wara terremot li laqat l-Afganistan tal-Punent.
Skont l-ewwel stħarriġ ġeoloġiku huwa stmat li t-terremot tkejjel 6.3 fuq l-iskala richter u laqat madwar 40 Kilometru bogħod mill-belt ta’ Herat viċin il-fruntiera tal-Iran.
Diversi binjiet spiċċaw iġġarrfu u ħallew diversi persuni maqbudin fit-tifrik. Sussegwentament segwew mill-inqas tliet theżżiżiet qawwija segwew l-ewwel terremot.
Skont l-uffiċjali tas-saħħa hemm aktar minn 70 persuna midrubin li qegħdin jingħataw il-kura fl-isptar prinċipali.