DOTT HELENA DALLI KOM – Tingħata l-ordni Nazzjonali tal-Meritu Kumpann

Helena Dalli serviet bħala membru parlamentari f’isem il-Partit Laburista mill-1996 sal-2019 meta ġiet appuntata bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.
Proponent għall-ġustizzja soċjali, Dalli mexxiet riformi soċjali sinifikanti, partikolarment fil-qasam tal-ugwaljanza. Hija mexxiet riformi li indirizzaw id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-komunità LGBTIQ, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, strutturi biex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, id-dħul ta’ aktar nisa fis-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-libertajiet ċivili.
UFFIĊJAL: PROF EDWARD JOHN DESPOTT UOM

Edward John Despott huwa rikonoxxut internazzjonalment bħala espert ewlieni fl-endoskopija interventiva. Fast id-diversi kisbiet tiegħu, huwa zviluppa t-teknika ta’ saline-immersion (SITE) ghall-Endoscopic Submucosal Dissection (ESD)
UFFIĊJAL: PROF STANLEY FIORINI UOM

Stanley Fiorini twieled f’Ħal Balzan fl-1941 u huwa Professur Emeritu tal-Matematika u Senior Fellow tal-Università ta’ Malta.
L-interess tiegħu fl-istorja ta’ Malta, speċjalment fil-perjodu medjevali, wasslu sabiex jagħmel riċerka dwar is-suġġett kemm f’arkivji lokali u kif ukoll f’arkivji barranin. Ir-riċerka tiegħu ħaditu fil-Vatikan, fi Spanja u f’Palermo, fejn skopra materjal ewlieni għall-Malta li ma kienx faċilment aċċessibbli mod ieħor.
MEMBRI ORDINARJI
IS-SUR GEORGE BORG MOM

George Borg iddedika parti kbira minn hajtu għat-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u edukattivi tal-persuni b’diżabilità. Huwa kellu karriera twila fis-settur edukattiv fejn beda bħala għalliem fl-iskejjel primarji kif ukoll fl-iskejjel speċjali.
IS-SUR ANTON B. DOUGALL MOM

Anton B. Dougall huwa pijunier fil-qasam tat-tisjir f’Malta bis-sehem tiegħu f’ħafna programmi tat-tisjir fuq it-televixin u r-radju u ħareġ pubblikazzjoni ta’ 54 ktieb b’erba’ lingwi differenti. Huwa ppromwova l-ikel Malti anke fuq ii-BBC, ir-Rai, TV France, u stazzjon Ġermaniż.
DOTT RUTH FARRUGIA MOM

Dott Ruth Farrugia hija avukata, lekcerer u eks koordinatrici tal-Pjattaforma tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Università ta’ Malta.
Farrugia kienet 1-ewwel Direttur Generali tal-President’s Foundation for the Wellbeing of Society mill-2014-2019, eks konsulent tad-Deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, tal-Ministru ghall-Familja, tal-Kumitat ghall-Affarijiet Socjali fil-Parlament u tal-Kummissjoni gholja tan-Nazzjonijiet Uniti ghar-Refugjati f’Malta.
DOTT ROBERT G. XUEREB MOM

Dr Xuereb kien ewlieni fit-twaqqif tal-ewwel servizzi tal-kardjoloġija ta’ intervenzjoni bbażat f’Malta fil-bidu tad-disghinijiet. Huwa kien strumentali fl-introduzzjoni ta’ diversi innovazzjonijiet fil-kura tal-pazjenti bil-mard tal-qalb li jvarjaw minn CT scan tal-arterji tal-qalb u MR tal-qalb.
MIDALJA GIIALL-QADI TAR-REPUBBLIKA
IS-SUR FRANS BALDACCHINO (WARA MEWTU) MQR

Frans Baldacchino, magħruf bħala l-Budaj, kien wieħed mill-għannejja ewlenin tal-mużika folkloristika tradizzjonali Maltija. Ta’ tnax-il sena u qabel ma emigra lejn l-Awstralja, Baldacchino kien diġà jinterpreta kanzunetti folkloristiċi Maltin.
IS-SUR PAUL BUTTIGIEG MQR

Huwa l-aktar magħruf għall-ġlieda tiegħu biex isalva Ħondoq ir-Rummien, L-attivizmu ta’ Buttigieg issarraf f’battalja ta’ 22 sena kontra żvilupp massiċċ propost għal din iż-żona tal-pajjiż.
IS-SUR DOMINIC CUTAJAR (WARA MEWTU) MQR

Cutajar ħadem bis-sħiħ fis-settur kulturali, fejn okkupa karigi ta’ responsabbiltà f’diversi instituzzjonijiet, fosthom Arkivista tal-Muzew tal-Katidral, l-Imdina, fl-1978, Kuratur tal-Mużew tal-Katidral ta’ San Ġwann, fl-1978, u Kuratur tal-Mużew tal-Arti fl-1987. Ix-xoghol Ii wettaq f’ dawn l-istituzzjonijiet dejjem għamlu b’sens ta’ kuxjenza u b’responsabbiltà kbira.
IS-SUR JOHN GAFA. MQR

Gafa kkwalifika fl-Inginerija Elettrika u speċjalizza fid-distribuzzjoni u t-trasmissjoni qabel ma fl-1967 beda jaħdem mal-Malta Electricity Board, illum magħrufa l-Korporazzjoni Enemalta.
IS-SA PAMELA MUSCAT MQR

Muscat introduċiet ruħha għax-xogħol volontarju meta ntalbet tingħaqad f’sottokumitat għall-edukazzjoni fi ħdan l-Assoċjazzoni Nazzjonali tal-Ġenituri għall-Persuni b’Diżabilità fejn eventwalment saret President.
IS-SUR SILVIO PARNIS (WARA MEWTU) MQR

Parnis minbarra li kien Membru Parlamentari u anke Segretarju Parlamentari wza wkoll ix-xandir bħala għodda sabiex jgħin lin-nies. Fil-fatt huwa kien xandar fuq it-televiżjoni u r-radju għal bosta snin fuq stazzjonijiet differenti. Hawn ukoll għamel ħiltu sabiex jaħdem u joħloq kuxjenza fuq kawżi soċjali.
IS-SA ESTHER SANT MQR

Fis-sena 2000 Sant ġiet dijanjostikata b’kanċer tas-sider. Hija ħadmet spalla ma’ spalla mal-mibkija Helen Muscat biex waqqfu l-Action for Breast Cancer Foundation fl-2007. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-Fondazzjoni ħadmet bis-sħiħ biex inħoloq one-stop-shop fil-Breast Clinic fl-Mater Dei u l-Isptar Generali t’Għawdex.
L-ASSOCJAZZJONI KUNSILLI LOKALI MALTA MQR

L-Assoċjazzjoni hija għodda importanti għall-govemanza u tmexxija trasparenti fuq livell lokali u reġjonali. 11-pożizzjoni tagħha tesponiha għall-isfidi u r-reaitajiet li jiffaċċjaw il-kunsilli lokali u I-lokaiitajiet.
Il-ĠENITURI TA’ JEAN PAUL SOFIA

John Sofia u Isabelle Bonnici li huma l-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia li kien tilef ħajtu traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni.
Huma mexxew kampanja favur tibdil fil-liġijiet u s-sistemi li jirregolaw is-settur tal-bini u l-kostruzzjoni tal-pajjiż. Dan, wara li inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Diċembru tal-2022 wassal għall-mewt ta’ binhom Jean Paul. Sofia u Bonnici urew perseveranza sabiex biddlu traġedja personali f’attiviżmu mmirat li jagħmel ġustizzja ma’ binhom u biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili.
ATLETI MALTIN FIL-LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR TAL-EWROPA (MQR)

Team Malta tmexxa minn Eleanor Bezzina, li nħatret bħala Team Captain. Magħha ħadu sehem ‘il fuq minn 200 atleta Malti li kienu lesti juru d-determinazzjoni u x-xogħol iebes tagħhom f’dawn il-logħob. Malta kisbet l-ewwel post għall-ewwel darba b’97 midalja, qabżet il-kisbiet ta’ qabel u rebħet l-aktar midalji matul il-logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2023