Tuesday, May 21, 2024

“Min isuq għandu responsabbiltà li ħafna għadhom qed jinjoraw”

Aqra wkoll

Qarrejja tagħna li għadditilna ritratt ta’ inċident li seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq ix-Xatt fil-Gżira saħqet tgħid li meta tassisti għal tali inċidenti ma tistax ma tikkummentax.

Din il-persuna qalitilna li għalkemm kienet xi karozza lura mill-inċident għadha maħsuda kif f’temp ta’ ftit sekondi sewwieq ta’ mutur seta’ sofra ġrieħi serji u saħansitra tilef ħajtu kawża tal-ħajja mgħaġġla li sirna ngħixu.

Huwa kkonferma magħna li għalkemm f’dan il-każ is-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi, kemm il-mutur tiegħu kif ukoll il-karozza li ħabat magħha ġarrbu ħsarat li bilkemm temmen li ma kienx hemm persuni li ndarbu f’dan l-inċident.

Fil-post issejjaħ minnufih uffiċjal tal-LESA biex jgħin fil-kontroll biex tiġi evitata konġestjoni tat-traffiku. 

Intant fl-aħħar jiem kemm il-Ministru tat-Trasport Aaron Farrugia, kif ukoll il-Prim Ministru saħqu dwar il-bżonn li jiżdied l-infurzar fit-toroq u saħansitra jiżdiedu l-pieni għal dawk li jinqabdu jużaw il-mobile waqt is-sewqan.

Sport