Sunday, November 24, 2024

Minkejja l-isfidi jinsab ottimist illi quddiemna għandna futur sabiħ- Thomas Bajada

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika tal-Partit Laburista f’Bormla qal li “minkejja l-isfidi jien ottimist illi quddiemna għandna futur sabiħ . It-telgħat weqfin kemm huma weqfin, nifhem li jistgħu jaqtawlna qalbna. Pero’ meta jkollna l-kuraġġ, viżjoni u tama nistgħu naslu sal-quċċata tal-muntanja”.

Waqt id-diskors tiegħu, qal li jinsab grat għall-fiduċja illi l-poplu Malti u Għawdxi għoġbu jsellfu. Huwa qal li qed jilqa’ din il-fiduċja u wiegħed li se jkun qiegħed. irodd lura il-ħidma b’saħħitha avur il-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Sostna li l-poplu ta rebħa oħra lill-Partit Laburista. Qal ukoll; “Irridu wkoll nifmu r-riżultati. Qegħdin naraw sitwazzjoni li forsi wħud tħossukom iddiżappuntati u nifhem f’dan ir-rigward il-frustrazzjoni u t-tħassib. Pero ħbieb dan huwa messaġġ ċar li rridu nagħmlu aħjar, nisimgħu aħjar u naġixxu b’mod iktar deċiżiv”.

Irrimarka li l-Gvern irid jaħdemfuq is-soluzzjonijiet li l-pajjiż għandu bżonn, soluzzjonijiet li minnhom tista tittieħed azzjoni flimkien. Spjega li huwa jaspira li jkun il-pont bejn il-familji Maltin u Għawdxin u l-Ewropa u l-pont bejn iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxiin u l-Ewropa.

Temm il-messaġġ billi qal; “Qatt ma għandna nitilfu t-tama u qatt ma għandna nieqfu noħolmu… Ejja nibqgħu nkunu motivati”

Sport