Monday, April 22, 2024

“Minkejja li fraġli u żgħir, int iġġilidt b’tant kuraġġ” – tislima liċ-ċkejken Juan

Aqra wkoll

Bla kliem. Hekk kienu bosta persuni dalgħodu wara li ngħatat l-aħbar li ċ-ċkejken Juan ħalla din id-dinja f’età tant tenera ta’ xahrejn. 

Il-ġenituri tiegħu ħabbru li Alla laqa’ fi ħdanu lill-għażiż tagħhom ilbieraħ fis-7.10p.m. “It-tarbija tagħna issa tinsab fil-paċi,” kitbu l-ġenituri fuq il-midja soċjali. Filwaqt li rringrazzjaw lil kulħadd tal-messaġġi u l-għajnuna tagħhom matul dawn il-ġimgħat li għaddew, umilment talbu biex kulħadd iżommhom fit-talb tagħhom.

Il-funeral taċ-ċkejken Juan se jsir għada fit-3.30p.m. ġewwa l-Bażilika ta’ Santa Marija fil-Mosta. Kull min jixtieq imur jagħti l-aħħar tislima lil Juan huwa mitlub li jilbes ilbies ikkulurit.

Il-ġenituri qalu li japprezzaw li flok fjuri jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu Cares.

Min-naħa tagħhom, Puttinu Cares qalu li qalbhom tinsab imweġġa’ għal din l-aħbar u staqsew kif qatt tista’ l-ħajja tkun daqshekk ħarxa. Huma ddeskrivew lil Juan bħala tarbija sabiħa u prezzjuża b’wiċċ bħall-anġli li minkejja daqshekk żgħir u fraġli, iġġieled b’tant kuraġġ.

Sport