Friday, April 26, 2024

Iż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna posposta għas-sena d-dieħla

Aqra wkoll

Mezzi tax-xandir qed jirrappurtaw li ż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna mhux se tkun qed issir din is-sena iżda ġiet posposta għas-sena d-dieħla.

Raġuni li semmew ir-rapporti fuq il-midja lokali kienet minħabba tħassib rigward is-sitwazzjoni tal-Covid-19 matul ix-xhur tax-xitwa.

Il-Papa Franġisku kellu jżur Malta f’Mejju tal-2020, iżda din kellha tiġi posposta minħabba l-pandemija tal-Covid-19. 

Fil-bidu tax-xahar li għadda l-President ta’ Malta Dr George Vella kien qal li l-Papa għadu interessat ħafna li jagħmel iż-żjara.

Sport