Sunday, December 22, 2024

“Minn delizzju spiċċa l-impjieg tiegħi”

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-tieni fotografu ta’ dan is-sit huwa Alan Saliba, li huwa wkoll l-imħabba lejn il-fotografija bdiet minn età żgħira u hija mħabba maqsuma mal-membri tal-familja tiegħu. Huwa qal li kwotazzjoni li qatt mhu ser jinsa’ u dejjem jimxi biha hija li ,“fil-fotografija, m’hemm ebda regoli, linji gwida biss.”

Saliba jirrakkonta kif dan id-delizzju, beda bin-nar tal-festi tar-raħal, b’mod partikolari meta beda jiġbed xi ritratti biex ifakkar il-memorja tax-xogħolijiet ta’ membru tal-familja tiegħu. “Dak iż-żmien ma tantx kien hawn persuni li jiġbdu ritratti tan-nar tal-festi. Umbad minn hemm għamilt kors fl-MCAST u bqajt navvanza.”

Fil-fotografija m’hemm ebda regoli, linji gwida biss”

ALAN SALIBA

X’inhi l-akbar sfida bħala fotografu?

Sfidi tiltaqa’ ma’ ħafna. B’mod partikolari meta tiġbed xi ritratti ta’ persuni li ma tantx jieħdu gost. Speċjalment dawn l-aħħar sentejn tal-pandemija, fejn konna niġbdu diversi ritratti ta’ nies differenti. B’mod ġenerali, illum il-fotografija naqset mill-iskop ewlieni tagħha. Illum b’kamera diġitali kulħadd jista’ jsir fotografu, l-aktar jekk is-setting ikun awtomatiku. Mill-aspett tiegħi, kemm jista’ jkun ir-ritratt nieħdu b’mod manwali, bil-għan li r-ritratt nibnih mill-bidu jien stess. 

Anke meta wieħed jidħol Fuq Facebook, in-nies jistaqsu, ‘Tafu b’xi fotografu, jieħu bl-irħis?’ Il-ħin tal-editing, il-flus li tonfoq f’xi kors, l-apparat li tinvesti fih, dan ħadd ma jqisu. Anke meta wieħed imur xi avventiment, tara ħafna nies li jieħdu ritratti bil-mobajl jew tablet, dak huwa insult għall-fotografu professjonali. Minn naħa l-oħra xi ritratti bil-mobajl ta’ xi xenarji jistgħu ikunu sbieħ, apparti minn hekk illum il-mobajls moderni għandhom l-għażla li jużaw modi differenti ta’ kif tista’ tieħu r-ritratti u jtuk riżultati sbieħ. Iżda meta wieħed jieħu r-ritratti, mhux l-apparat kollox, skont kif tużaħ inti.

Sfida oħra li aħna bħala photo-journalists naffaċċjaw hija li r-ritratti tagħna trid iġġib l-istorja kollha fihom, jekk ikun possibbli. Eżempju f’każ ta’ inċident, ma tistax iġġib ritratt ta’ karozza biss, biex il-qarrejja turihom fejn seħħ l-inċident u l-gravità tas-sitwazzjoni. 

Ekonomija

Sport