Monday, June 8, 2026

Minn tal-inqas 19-il persuna jmutu wara li terremot qawwi laqat lill-Filippini

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 19-il persuna tilfu ħajjithom wara li terremot b’qawwa ta’ 7.8 laqat lill-Filippini. 

It-terremot seħħ it-Tnejn filgħodu u laqat lir-reġjun ta’ Mindanao. Qed ikun irrapportat li ġġarrfu numru ta’ binjiet filwaqt li ndarbu wkoll għadd ta’ persuni kawża tat-terremot. 

F’diversi pajjiżi, mill-Filippini sal-Indoneżja, il-Ġappun u l-Awstralja, inħarġu twissijiet ta’ tsunami, iżda uħud minn dawk it-twissijiet issa tneħħew. 

Skont id-Direttur tal-Uffiċċju Lokali tad-Difiża Ċivili Rodrigo Sosmeña, 12-il persuna tilfu ħajjithom f’Soccsksargen – reġjun mifrux fuq erba’ provinċji u belt waħda. Huwa żied jgħid li mill-inqas 129 persuna ġew irrapportati midruba fir-reġjun. 

Dan it-terremot seħħ hekk kif bdiet sena skolastika ġdida fil-Filippini. Filmati li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew studenti jgħajtu bil-biża’ hekk kif l-art theżżet b’mod qawwi. Għalliema dehru jgħannqu magħhom tfal ċkejknin biex iżommuhom kalmi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport