Alejandro Brincat, missier ta’ żewġt itfal, li għandu 25 sena hu l-vittma tal-inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija.
Kienu bosta li sellmu l-memorja tiegħu fosthom Vittoriosa Stars fejn għal dan l-istaġun hu kien plejey ta’ dan it-tim. Qabel hu kien jilgħab ma’ diversi timijiet Maltin fosthom ma’ Zebbug Rangers, ma’ Mtarfa u anke ma’ Rabat Ajax.
Hu kien missier ta’ żewġt itfal tifla li twieled fl-2022 u oħra li twieldet f’Mejju tas-sena li għaddiet.
Nhar il-Ħadd li għadda hu kien parti mit-tim tal-Birgu li fl-Amateur League 1 għeleb lil Rabat Ajax FC. Brincat, li kien jilgħab bħala midfielder daħal jilgħab fl-aħħar 12-il minuta tal-partita.
Ara wkoll ĠUVNI JITLEF ĦAJTU F’INĊIDENT TAT-TRAFFIKU f’Ħ’ATTARD