Bosta laqgħu l-isfida magħhom infushom biex ilbieraħ attendew għall-mixja b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Din il-mixja ġiet organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u fiha ħadu sehem diversi impjegati minn bosta Direttorati fi ħdan il-Ministeru.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/12/368077078_937102261167617_6839228682826243500_n-1024x681.jpg)
Mixja li bdiet minn Pjazza San Franġisk fid-9.00 a.m. fejn dawk kollha preżenti, akkumpanjati mill-Forzi tal-Ordni u ħaddiema mid-Dipartiment tas-Saħħa, baqgħu sejrin sas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu fejn hemmhekk saret quddiesa li tmexxiet mil-Isqof t’Għawdex Mons. Anton Teuma.