Wednesday, July 24, 2024

Mixli b’diversi serqiet minn ħwienet f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Constantin Ghioca, Rumen ta’ 55 sena, tressaq il-Qorti mixli b’diversi serqiet minn ħwienet f’Tas-Sliema.

Fil-Qorti ġiet spjegat kif il-Ħamis li għadda, il-Pulizija kienet informata minn uffiċjal tas-sigurtà f’The Point li kien seraq minn diversi ħwienet.

Il-Pulizija kienet ikkonfiskat basket roża, li fuq ġewwa kien bil-foil, minħabba suspett li għamel hekk biex ikun jista’ jisraq il-ħwejjeġ. Minn aktar stħarriġ il-Pulizija rriżultalha li l-imputat kien wettaq seraq oħra fil-5 ta’ April minn ħanut f’Tas-Sliema.

Ghioca nżamm arrestat, bis-sentenza fil-konfront tiegħu mistenni li tingħata aktar tard dan ix-xahar.

Ekonomija

Sport