Friday, January 31, 2025

Mixli li hedded u ta fastidju lill-eks sieħba

Aqra wkoll

Żvediż ta’ 34 sena resident Tas-Sliema inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li hedded u ta fastidju lill-eks sieħba għax temmet ir-relazzjoni tagħhom.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit spjegat kif l-imputat Erik Persson kien arrestat wara li l-vittma rrapurtat lil Persson mal-Pulziija, fejn qalet li dan beda jibgħatilha ammont kbir ta’ messaġġi wara li temmet ir-relazzjoni.

Mal-pulizija l-mara spjegat kif l-akkużat bagħat anke xi messaġġi lis-sid tal-kumpanija fejn kienet taħdem biex ikun jaf fuqha. Lill-Pulizija qaltilhom ukoll li kellha ttemm l-impjieg tagħha u li dan minħabba li l-imputat beda jakkużaha li kellha relazzjoni intima mas-sid tal-kumpanija.

Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Sarah Ciliberti għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, bir-raġuni li għad fadal xi xhieda li għadhom iridu jixhdu fil-Qorti. 

Min-naħa tagħha, l-Avukat Ciliberti spjegat li r-raġel għandu rabtiet sodi ma’ Malta u li l-evidenza kollha kontrih tinsab diġà fil-pussess tal-Pulizija waqt li sostniet li dan ifisser li m’hemmx il-biża li l-akkużat se jbagħbas l-provi li hemm kontrih.

Il-Maġistrat Marse-Anne Farrugia ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li għad iridu jagħtu l-verżjoni tagħhom ix-xhieda.

Għall-vittma deher l-Avukat Brendan Kirk Muscat.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport