Monday, February 3, 2025

Mixli li kien vjolenti mal-ġenituri tiegħu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena tressaq il-Qorti mixli li kkawża vjolenza psikoloġika u emozzjonali fil-konfront tal-ġenituri tiegħu u li kkawżalhom biża’ li se tintuża vjolenza kontrihom.

Fil-Qorti nstema’ kif l-imputat għandu problema serja ta’ alkoħol. Allegatament, f’okkażjoni partikolari, l-imputat, li jgħix m’ommu u ma’ missieru, kien talabhom jixtrulu l-alkoħol kif jagħmel ta’ spiss, u għax dawn irrifjutaw, qabadhom minn għonqhom, beda jgħajjat u kkawżalhom xi ġrieħi.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-ġenituri tal-imputat tawh ukoll post fejn jgħix, iżda dan ma kienx kapaċi jgħix waħdu.

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li għad iridu jixhdu l-allegati vittmi u anke minħabba l-biża’ li l-imputat ma joqgħodx għall-ordnijiet tal-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni saħqet ukoll li minħabba l-problema severa tal-alkoħol, hemm il-biża’ li l-imputat iwettaq reati oħra biex ikun jista’ jsostni l-vizzju tiegħu.

F’dan l-istadju, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Għat-talba ta’ ordni ta’ protezzjoni, il-Qorti sejħet lill-missier li kien qed jistennih barra, u mbikkem, qal li hu xorta jixtieq jibqa’ jkellem lil ibnu. B’hekk, il-Qorti ma tathiex.

Il-Maġistrat Lara Lanfranco rrakkomandat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex l-imputat jingħata l-għajnuna u jibda jindirizza l-vizzju tax-xorb li hu kkonferma li għandu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport