Tuesday, December 24, 2024

Mixli li wasal f’Malta b’dokumenti foloz

Aqra wkoll

Raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni ġie kkundannat sitt xhur priġunerija, wara li tressaq il-Qorti mixli li vvjaġġa lejn pajjiżna b’dokumenti foloz.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Christian Abela u Lara Butters, spejgat li l-akkużat inqabad li qed jagħmel dan, nhar il-Ħamis li għadda. Minn investigazzjoni illi saret, irriżulta li l-akkużat kien jiġi Malta għall-vaganzi u li kien jivjaġġa minn pajjiż għal ieħor fl-Unjoni Ewropea.

Quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, l-akkużat wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Hekk kif ġiet biex tagħt is-sentenza, il-Qorti qieset li l-akkużat kien kkopera bis-sħiħ mal-uffiċjali li kienuqed jinvestigaw.

Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Caruana qies fost l-oħrajn li din kienet l-ewwel darba li l-akkużat xellef difrejh mal-liġi hawn Malta u li dak li seħħ kien inċident ta’ darba.

Ekonomija

Sport