Wednesday, April 24, 2024

Miżuri fl-iskejjel kontra l-imxija tal-Covid-19

Tfal imsiefra li jattendu Klabb 3-16 mitluba swab test negattiv qabel ma jkunu jistgħu jerġgħu jattendu

Aqra wkoll

Ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom Klabb 3-16 f’dan il-perjodu tas-sajf, ġew infurmati li minħabba s-sitwazzjoni preżenti u ż-żieda fil-każijiet ġodda tal-Covid-19, it-tfal li jinsabu barra mill-pajjiż se jkollhom bżonn jipprovdu ċertifikat ta’ swab test negattiv.

F’komunikat mibgħut dalgħodu l-amministrazzjonijiet li jmexxu Klabb 3-16 avżaw miżuri ġodda kontra t-tixrid tal-virus li kkawża pandemija globali. Jingħad li kull min għandu tfal irreġistrati f’dan is-servizz u huma barra minn xtutna, issa se jkollhom bżonn juru ċertifikat ta’ swab test negattiv qabel jkunu jistgħu jerġgħu jidħlu fl-iskola li qegħdin jattendu.

Klabb 3-16 huwa s-servizz governattiv li jingħata fl-iskejjel għal dawk it-tfal li għandhom il-ġenituri jaħdmu. Fil-perjodu tal-vaganzi tas-sajf, dan is-servizz flimkien ma’ SkolaSajf jilqa’ eluf ta’ studenti madwar Malta u Għawdex.

Sport