Monday, September 23, 2024

Tappella għall-ġustizzja wara li kunsillier tal-Lega qatel lil ħuha

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Oħt l-immigrant Marokkin ta’ 39 sena maqtul b’tir minn kunsillier tal-Lega talbet għall-ġustizzja. “Teżisti ġustizzja fl-Italja?” staqsiet oħt Youns El Boussettaoui. 

Dan wara li l-kunsillier tal-Lega Massimo Adriatic spara għal fuq ħuha. Aktar tard huwa qal li kien inċident wara li allega li ġie mbuttat mal-art.

Adriatici, li għandu 37 sena, jinsab taħt investigazzjoni u taħt arrest f’daru.

Il-Lega qalet li l-kunsillier leġittimament iddefenda lilu nnifsu minn El Boussettaoui wara ġlied barra stabbiliment.

Ir-raġel Marokkin ħalla żewġt itfal. Oħtu qalet li ħuha, li ma kienx armat, “kellu bżonn biss li jiġi megħjun.”

Hija kompliet tgħid: “Il-qattiel qiegħed id-dar u mistrieħ. Fejn hi l-ġustizzja fl-Italja? Jew ninsabu ġewwa foresta?”

Il-Mexxej tal-Lega Matteo Salvini, li huwa magħruf għal pożizzjonijiet iebsa fuq l-immigranti, iddefenda lil Adriatici bil-qawwa filwaqt li rrikonoxxa li hija l-pulizija li tiddetermina jekk sparax deliberatament jew le.

Ritratt: GRIS Piemonte 

Sport