Sunday, October 27, 2024

Il-WHO tfaħħar l-impenn ta’ Malta dwar is-saħħa mentali u l-programm ta’ vaċċinazzjoni

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne indirizza s-summit tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar is-saħħa mentali fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-19. Dan is-summit huwa mifrux fuq jumejn u qed isir ġewwa f’Ateni.

Din il-laqgħa internazzjonali qed tissejjaħ biex tiġġenera impenn u proposti għat-tqegħid tas-saħħa mentali fil-qalba tal-proċess ta’ rkupru ekonomiku u soċjali. 

Id-Direttur Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa Hans Kluge kellu kliem ta’ tifħir għall-istrateġija tal-għoti ta’ tilqim kontra l-Covid-19 fejn iddeskriviha bħala waħda ta’ suċċess.

Fl-istess waqt Kluge rringrazzja lid-Deputat Prim Ministru Fearne tal-impenn kbir tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa mentali.

Kluge qal li l-pandemija Covid-19 esponiet lill-komunitajiet tagħna għal sfidi konsiderevoli u li huwa f’idejhom, bħala mexxejja tas-saħħa, biex jieħdu ħsieb dan.

Sport